Wara s-suċċess tal-ewwel programm, Joseph Chetcuti u t-tim tiegħu ta’ BRILLANTI SINGERS jirritornaw illejla bi spettaklu mimli sorpriżi u emozzjonijiet. 20 kontestanti oħra jitilgħu fuq il-palk ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta sabiex jittantaw xortihom u forsi jkunu r-rebbieħa ta’ €30,000 għall-avvanz tat-talent tagħhom fil-kant quddiem il-ġurija professjonali ta’ din is-sena magħmula minn Nathaniel Morrison, Sarah Harrison u l-kantanta Taljana popolari Verdiana – tliet personalitajiet li diġà serqu l-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin bil-kariżma unika tagħhom!
Stennew programm li ser iwaħħalkom mat-televizjoni tagħkom hekk kif dawn iż-żgħażagħ jagħtu ħilithom kollha sabiex jgħaddu għall-kwarti tal-finali. X’ser jiġri meta Mireille, tfajla ta’ 13-il sena bil-kundizzjoni tal-awtiżmu, titla’ fuq il-palk u tibda tkanta? Kunu lesti biex tibqgħu b’ħalqkom miftuħ filwaqt li taħrabilkom mhux demgħa waħda hekk kif din it-tfajla turi l-grinta tagħha u tbellaħ lil kulhadd! U Kira, ir-rebbieħa tal-Best Promising Performer 2024 din id-darba tirritorna bħala duo ma’ ħadd ħlief missierha Matthew – x’jigri meta din il-koppja tant ħelwa tkanta l-famuza The Prayer ta’ Andrea Bocelli u Celine Dion? U ma tistax ma tapprezzax il-kuraġġ ta’ Vanessa – mara li ġiet għall-awdizzjoni b’9 xhur tqala – tgħid jirnexxilha Vanessa tgħaddi għall-fażi li jmiss wara li kantat l-Ave Maria u mliet teatru sħiħ?
Dawn u ħafna aktar protagonisti ser iwasslulkom programm mhux ta’ min jitilfu u ftakru sabiex tidħlu fil-paġni soċjali ta’ BRILLANTI SINGERS sabiex tirbħu ħafna rigali sbieħ mingħand A to Z Electronics u żewġ t’ibtajjel kollox imħallas (titjiriet u akkomodazzjoni ) u żewħ biljetti għall-musical favorit tagħkom dejjem grazzi għall-Frank Salt Real Estate Ltd.