Wara s-suċċess tal-ewwel programm ta’ Brillanti Musicals, din il-ġimgħa Joseph Chetcuti jerġa’ jirritorna bi programm ieħor mimli emozzjonijiet hekk kif jisbaħ it-tieni jum tal-awdizzjonijiet.
L-ewwel programm ħalla mpatt kbir b’talenti ġodda bħal Sam Scicluna li seraq il-qlub ta’ kulhadd bl-interpreazzjoni tiegħu ta’ ‘A million Dreams’ u l-ħlewwa u l-bravura ta’ Kiera Farrugia, tifla ta’ 13-sena li ħalliet lil kulhadd b’ħalqu miftuħ hekk kif wara l-esebizzjoni tagħha, il-ġurija iebsa ta’ Brillanti, komposta minn Charles Brunton, Marina Maniglio u Marco Stabile, tawha ‘standing ovation’ għall-bravura u s-simpatija li wriet.
Din il-ġimgħa t-talent Malti u Għawdxi għal darb’oħra se jispikka. Tgħid Leah Mifsud ser tgħaddi għall-fażi li jmiss? U min hu Paolo, żgħażugħ Għawdxi li niżel mill-Ingilterra sabiex jagħmel l-awdizzjoni emozzjonanti tiegħu? Iżda bla dubju mument sabih u emozzjonanti huwa meta tifel jismu Jamie, tifel kwiet u mistħi, tela’ fuq il-palk! X’ġara eżatt u għaliex il-ġurija qamet minn postha wara li kanta? u għaliex il-ġurija ma waqfitx titbissem meta Mira Bright, tifla ħelwa u mqarba, telgħet fuq il-palk ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi?
Dan u ħafna aktar hemm imħejji waqt Brillanti ta’ din il-ġimgħa, li jixxandar il-Ħamis fit-8:35pm fuq ONE