Din il-ġimgħa, waqt The Local Traveller, Clare Agius tieħu lis-segwaċi tagħha sal-katakombi ta’ Mintna fl-Imqabba, Casa Ipollito f’Wied Dalam u post li Clare stess tiddubita jekk qatt xi nies daħlux fih, sakemm ma kinux jaħdmu fih; qed tirreferi għall-impjant l-antik tal-ħażna tal-fjuwil li jinsab f’Wied dalam u li bla dubju huwaa parti importanti mill-wirt industrijali ta’ pajjiżna speċjalment meta tara l-kobor tal-mini mħaffra bl-idejn minn missirijietna fi żmien l-ingliżi.
THE LOCAL TRAVELLER jixxandar kull nhar ta’ Erbgħa fit-8:30pm fuq ONE