Hekk kif l-awdizzjonijiet ta’ BRILLANTI SINGERS daħlu fil-ħames ġimgħa tagħhom, l-eċitament qed jibqa’ dejjem u dejjem jikber għax ftit fadal postijiet għal ħafna parteċipanti sabiex jgħaddu għall-kwarti tal-finali. It-taqtiegħa ħelwa qed tkompli tiħrax hekk kif il-parteċipanti joħolmu sabiex jirbħu total ta’ €30,000 għall-avvanz tat-talent tagħhom fil-kant!

Din il-ġimgħa, Joseph Chetcuti u t-tim tieghu ta’ BRILLANTI SINGERS ħejjew programm mill-isbah! Tgħid il-brava Martina Borg ser tħoll il-ġurija bil-vuċi unika tagħha? U Josephine Marie Grima ser jirnexxilha iżżomm il-bandiera Għawdxija mgħollija u tgħaddi għall-kwarti tal-finali? U ż-żgħżugħa Natalia Xerri ser tegħleb l-eċitament ta’ qabel ma’ titla fuq il-palk? U min fejn ġejjha l-kunfidenza kollha ta’ Jade Schembri? Biżżejjed biex timpressjona l-ġurija tagħna? U xi dwett ser jagħmel a capella Emanuel Matrullo, taljan residenti Malta?
Fuq il-palk ser jitilgħu wkoll it-tfal bravi tal-kor La Voix Harmonie! X’ser jiġri meta jilmħu l-ġurija? Iżda żgur li Brian ser iħallikom b’ħalqkom miftuħ!! Il-kariżma, il-kuraġġ u s-simpatija tiegħu ma tistax ma twasslekx sabiex temmen verament li l-mużika hija ta’ ġid għal kulhadd! U fl-aħħar u mhux l-inqas żgur li ċ-ċkejkna Emma Camilleri ser tisraq il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin kollha hekk kif din iċ-ċkejkna titla’ fuq il-palk u temozzjona lil kulħadd.
BRILLANTI SINGERS – garanzija ta’ spettaklu fid-20:45 l-Erbgħa filgħaxija dejjem fuq ONE