Żewġ pumpiera mietu wara li ajruplan ħabat ma’ trakk tat-tifi tan-nar waqt li kien qed jitlaq mill-iktar ajruport traffikuż tal-Perù.
Filmat li qed idur fuq il-midja soċjali juri l-ajruplan jieħu n-nar.
Fortunatament, l-ebda passiġġier jew membru tal-ekwipaġġ ma tilef ħajtu, però l-Ministeru tas-Saħħa tal-Perù qal li hemm madwar 20 persuna li qed isofru minn ġrieħi serji.
Il-Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru qal li ma jafux għala t-trakk kien qiegħed fir-runway waqt li l-ajruplan kien se jitlaq lejn in-Nofsinhar tal-Perù u bħalissa għaddejja investigazzjoni.