Ajruplan privat ta’ biljunarju Ingliż ħadu r-riħ u spiċċa baqa’ dieħel f’ħajt ta’ proprjetá privata f’Ħal Farruġ.
Għall-ħabta tal-għaxra u għaxra tal-Erbgħa filgħaxija, f’park numru erbgħa 4, l-ajruplan tal-għamla Dassualt Falcon 7X inħall mir-rabta li kellu fuq ir-runaway u baqa’ dieħel f’ħajt tal-uffiċċju ta’ Charles Polidano, iċ-Ċaqnu.
Mill-ewwel stħarrig jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Huwa mifhum li l-ajruplan kien ipparkjat fuq l-apron u kawża tar-riħ qawwi li ħakem lil pajjiżna baqa’ nieżel għal ġot-triq
Il-ħaddiema tal-Armata u l-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post filwaqt li t-triq ingħaqlet għat-traffiku.
L-ajruplan huwa propjetà ta’ Michael Ashcroft, ex Deputat Chairman tal-Partit Konservattiv Ingliż.
Huwa meqjus bħala s-sebgħa u erbgħin l-aktar sinjur fir-Renju Unit, b’fortuna ta’ wieħed punt tlieta tnejn biljun sterlina.
L-ajruplan privat huwa reġistrat f’Bermuda.
Dwar l-inċident għaddej investigazzjoni mill-Bureau of Air Accident Investigation.
It-triq għadha magħluqa għat-traffiku.