Ġieli jkollok konversazzjoni ma’ xi ħadd u eżatt wara tmur fuq il-mowbajl u ssib reklam fuq dak li tkunu tkellimtu? Ġieli użajt Chat GPT? Taf x’inhi l-intelliġenza artifiċjali?
Dawn huma ħafna mistoqsijiet li se jiġu mwieġba waqt AWLA ta’ din il-ġimgħa.
Waqt id-diskussjoni fl-istudjo, Luke Dalli ser jitkellem mal-mistiedna tiegħu dwar l-aspett legali li jirrigwardjaw dawn l-affarijiet. Mid-diskussjoni ser nirrealiżżaw kif aħna mdawwrin bl-intelliġenza artifiċjali l-ħin kollu u kif din saret parti minna fil-ħajja ta’ kuljum
Segwi AWLA, t-Tlieta 28 ta’ Novembru fit-8:35pm fuq ONE