Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ddefendi lil id il-leminija tiegħu, Pierre Portelli, iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Midja tal-Partit Nazzjonalista.
Pierre Portelli, meta kien imexxi The Malta Independent u kien responsbbli mill-kontenut tal-gazzetta, instab ħati b’malafama fil-konfront taċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri.
Fis-sentenza tiegħu, il-Maġistrat Francesco Depasquale qal li Pierre Portelli irid jerfa’ r-responsabbilità għax baqa’ għaddej bl-istorja minkejja li kien jaf li ma kien hemm xejn ħazin min-naħa ta’ Keith Schembri.
Minkejja din iċ-ċanfira fil-konfront ta’ Portelli, il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kien ċar u ma jidhirx li se jġiegħel lil Portelli jerfa responsabbilità ta’ għemilu minkejja li xerred aħbarijiet u stejjer foloz.
Din mhux l-ewwel darba li Portelli ġie mċanfar minn Maġistrat dwar stejjer foloz.
Fl-inkjesta Egrant, li kkonfermat li kienet gidba fil-konfront tal-Prim Ministru u familtu, kien stabbilit li dikjarazzjonijiet li ġew depożitati minn Pierre Portelli, li meta ġew analizzati għal darba tnejn minn esperti forensiċi barranin, irriżulta li kienu foloz.
Irriżulta wkoll li l-firem fuqhom meta mqabblin mal-firem ġenwini ma kinux jaqblu.
Issa li għat-tieni darba f’erba xhur Pierre Portelli reġa’ ġie ikkundanat mill-qorti, Adrian Delia xorta baqa jiddefendih.