Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li mhux veru li l-attendenza fuq il-Fosos tal-Floriana waqt l-attivitajiet tal-indipendenza kienet l-aktar waħda fqira fl-aħħar snin. Dan għax skont il-barometru akkurat li qal li għandu sar ħafna aktar bejgħ minn fuq il-bankarelli tal-ikel mifruxa fuq il-Fosos.
Intervistat waqt il-programm Dissett fuq Television Malta, il-Kap Nazzjonalista qal li ma ltaqax ma’ attivisti nazzjonlisti li kellmuh dwar l-attendenza fqira fuq il-Fosos u qal li l-informazzjoni li kellu l-preżentatur kienet skorretta għax mill-informazzjoni li kellu, il-bejgħ li sar matul l-attivitajiet kien aktar minn ta’ snin ta’ qabel.
B’reazzjoni, id-Deputat Laburista Rosianne Cutajar qalet li hija ironika d-dikjarazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni li qed jikkonsla li bil-bejgħ li kellu fuq il-Fosos.
Intant matul il-programm, il-Kordinatur Politiku tal-Partit Nazzjonalista Jean Pierre Debono kkritika l-invesitment ta’ 700 mitt miljun ewro li qed jagħmel il-Gvern biex jibni mill-ġdid it-toroq ta’ pajjiżna.
Interessanti l-fatt li matul il-programm, Debono li jagħmel parti mill-fazzjoni ta’ Delia naqas milli jirribatti għal dikjarazzjonijiet serji li għamel il-ġurnalist veteran Godfrey Grima dwar il-ħsara li qed jagħmlu l-ewroparlamentari Nazzjonalisti David Casa u Roberta Metsola għax stqarr li ma jafux fejn hu l-interess nazzjonali tagħna.
Fl-istess intervista, is-Sur Grima nnota li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia mhux bniedem li jispira għax biex sostnali biex tispira lin-nies trid tkun abbinat mar-realtà.