85 parteċipant temmew b’suċċess il-kors YOU-Progress. Dan huwa kors ta’ taħrig fil-politika lokali u dik internazzjonali.
Ic-chairperson Dominic Grech saħaq li x-xewqa tal-Fondazzjoni IDEAT hija li taħdem għal skola Politika.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħeġġeġ għal aktar parteċipazzjoni miż-żgħażagħ jekk mhux fil-politika dirett, fl-għaqdiet diversi. Muscat qal li dan il-kors għen liż-żgħażagħ jiddiskutu flimkien.