Is-sajf sar ukoll perjodu li matulu għexieren ta’ organizazzjonijiet u nurseries sportivi jieħdu sehem f’avvenimenti barra l-pajjiż.
Dan bil-għan li ż-żgħażagħ tagħna jibdew jieħdu ftit togħma tal-livell li hemm fid-dinja tal-kompetizzjoni internazzjonali.
U għalkemm it-taqtigħa għar-rebħ qatt ma tkun faċli qed induqu wkoll xi ftit tas-suċċess.
Fost dawk li ħarġuna bl-unuri kien hemm grupp tat-33 persuna milll-Inspire Swimming Club li l-etajiet tagħhom ivarjaw minn 10 sa 20 sena.
Għalihom, l-esperjenza ta’ għawm fl-Ungerija donnu serviet biex timlihom b’iktar ħeġġa u kuraġġ tant li ftit tal-jiem wara reġgħu kienu fil-pixxina għal sessjoni ta’ taħriġ iebes.
Hawn kellmuna dwar il-mumenti sbieħ li għexu flimkien.
Uħud mit-tfal qalulna: “Kienet esperjenza sabiħa ħafna, kien hemm kompetizzjoni tajba, kienet diffiċli, però tlajna hemmhekk mhux biss biex nieħdu l-midalji imma biex nagħmlu ħilitna tajjeb.
“Kien hemm ħafna kbar u jiena kkompetejt magħhom u kienet esperjenza sabiħa”.
“Tellaqna ma’ ħafna pajjiżi li kienu kbar filfatt kien hemm l-Eġittu u l-Ungerija kien hemm ukoll is-Serbja iġifieri tellaqna ma’ ħafna pajjiżi kabr imma għalkemm aħna kbar naħseb fina x’togħomod”.
“Kien hemm ħafna swimmers u ħadt pjaċir f’din l-esperejnza tant sabiħa”.
Minn sitt pajjiżi differenti ħadu sehem 400 għawwiem.
Minn fosthom telgħu fuq il-podium għal kemm –il darba l-għawwiema Maltin, min għal deheb, min għal fidda u min għal bronż.
U jekk l-atleti sodisfatti, daqstant ieħor il-coaches tagħhom.
Il-coaches qalulna: “il-kompetizzjoni ma kenitx faċli, kienet iebsa pero nħossni li għall-għan li tlajna għalih irnexxielna”.
“Illum il-ġurnata qegħdin jagħtu dak il-frott li inti iġifieri żrajt qabel, u kull sena jkun iżjed aħjar mis-sena ta’ qabel, it-tfal qegħdin hemm u aħna qegħdin naħdmu”.
Issa ħarset il-coaches u l-atleti hi lejn kompetizzjonijiet oħra.
Anke għax illum konvinti iktar minn qatt qabel li ċ-ċokon tal-pajjiż għalihom mhux xkiel.