Tlett elef student minn kull rokna tad-dinja, qegħdin juru interess sabiex jiġu jistudjaw il-mediċina, fl-iskola medika Barts f’Għawdex.
Qal dan id-dekan tal-edukazzjoni tal-iskola medika Barts, il-Professur Anthony Warrens, li qal li l-istudenti interessati għandhom fost l-ogħla kwalifiċi edukattivi.
“We have many thousand of inquiries from all over the world, representend from every application we received. Some people are very high qualified, but we are still trying to attracting more people.”
L-iskola medika Barts bdiet topera fil-gzira Għawdxija f’Settembru tal-elfejn u sbatax. Huma disgħa u ħamsin student li fl-ewwel u tieni sena qegħdin jistudjaw f’Barts.
Fost dawn l-istudenti hemm Marie-Sophie Gomm, studenta li tinsab fit-tieni sena akkademika ta’ Barts. Marie-Sophie kienet qiegħda tistudja fir-Renju Unit imma ħasset li hija opportunita tajba li tiġi tistudja f’Malta għal ħames snin.
“I studied in uk this opportunity arose its fantastic exeprience.”
Ma’ Marie-Sophie, ingħaqad ukoll Il-Professur Anthony Warrens li qal li dawn is-sena u tlett xhur kienu esperjenza fantastika għall-iskola medika ta’ Barts:
“Its been fantastic experience, people were really welcoming. Its wonderful establishing our school here in Gozo. The education we offered is a high class.”
Il-Ministru ta’ Għawdex Justyne Caruana qalet li Għawdxin huma kburin li qegħdin joffru l-aqwa esperjenza lil dawn l-istudenti u lill-akkademiċi.
“Esperjenza pozittiva dawn gew jghixu mal-familja taghhom hawnhekk u qeghdin naraw ukoll li jinholoq aktar turizmu.”
Is-sena li ġejja ħdejn l-isptar ġenerali ta’ Għawdex se jitlesta l-bini tal-iskola Barts sabiex l-istudenti jibdew jitgħallmu minn din l-iskola.