JA Media, l-produtturi wara l-produzzjoni televiżiva Malta’s Ultimate Tattoo Challenge (MUTC) jinsabu lesti sabiex mill-Ġimgħa 7 ta’ Frar fid-9:15pm jwasslu lis-segwaċi ta’ ONE t-tielet staġun ta’ din l-isfida. Din is-sena, din il-produzzjoni se tieħu dimensjoni ġdida u differenti għaliex se naraw 10 parteċipanti, artisti tat-tattoo, jgħixu flimkien ġo villa.
Dawn huma l-parteċipanti ta’ din is-sena:

Apparti l-programm, il-Ġimgħa fid-9:15pm, matul il-ġurnata fuq ONE, kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa se jkunu qed jitwasslu filmati ta’ 5 minuti b’aġġornamenti, intervisti mal-parteċipanti u aktar kurżitajiet dwar l-isfida MUTC.
Frank Zammit, il-preżentatur ta’ MUTC jispjega dwar il-kunċett ta’ dan l-istaġun:
Dylan Agius, Anabelle Calafato, Karl John Bezzina u Reno Sammut se jkunu l-ġurija li se jiġġudikaw u jmexxi lill-għaxar artisti parteċipanti ta’ din is-sena. Il-programm huwa l-ewwel wieħed u l-uniku tax-xorta tiegħu għat-televiżjoni lokali.
Għal aktar informazzjoni u aġġornamenti kontinwi tista’ żżur: https://www.facebook.com/MUTCMalta