Naħseb Fik. Inizjattiva li fiż-żmien tal-Milied tgħin lil għadd ta’ anzjani li jkunu weħidhom jew qed jaffaċċjaw diffikultajiet jew problemi tas-saħħa billi tipprovdi informazzjoni u tqajjem aktar kuxjenza dwar x-xewqat illi għandhom. Min irid papoċċ, min jixtieq piġama ssaħħan u min irid żarbun għall-mixi. Minkejja li rigali ta’ dawn it-tip għalina ma jfissru xejn, għal anzjan jew anzjana li forsi qattgħu jiem sħaħ waħidhom mingħajr ħadd ma jżurhom ifissru ħafna. Dan hekk kif permezz ta’ rigal ċkejken, għal dawn il-festi tal-Milied tkun qed tferraħ anzjan jew anzjana u mingħajr ebda kliem ta’ xejn xorta waħda tkun qed twasslilhom il-messaġġ li xi ħadd qed jaħseb fihom.
S’issa din l-inizjattiva, li hi mtella’ mill-Ministeru għal Għawdex, diġà kellha 84% tax-xewqat maqtugħin fejn fadal biss l-aħħar ftit xewqat biex din il-kampanja tilħaq l-għan tagħha.
Kull min jixtieq jagħti s-sehem tiegħu jista’ billi jidħol fuq is-sit: http://www.nahsebfik.com/