L-Isptar Mater Dei jixtieq jinforma lill-pubbliku li fil-jiem li ġejjin fl-istess sptar, speċifikament fl-inħawi tad-Dipartiment tal-Emerġenza se jkunu għaddejjin eżerċizzji ta’ taħriġ fuq simultazzjoni għal inċidenti maġġuri jew inċidenti li jkollhom bżonn rispons spċjalizzat.
Dan it-taħriġ jinkludi użu ta’ vetturi u apparat apposta, fosthom Decontamination Unit li hi forma ta’ tinda speċjalizzata. Matul il-ħin ta’ dan it-taħriġ jista’ jkun hemm restrizzjonijiet fuq traffiku u moviment ta’ persuni f’ċerti żoni fil-post indikat.
L-isptar Mater Dei jappella lill-pubbliku għal koperazzjoni u biex jimxi ma’ direzzjonijiet li japplikaw għal min iżur iż-żona indikata.