Ġunju wasal u miegħu waslet il-festa tal-padrun San Filep ta’ Aġira, festa li hija magħrufa għal diversi affarijiet speċjalment fejn tidħol il-pirotekknika.
Ta’ kull sena s-St. Philip’s Fireworks Factory dejjem toħloq xi ħaga ġdida, oriġinali u innovativa u din is-sena mhux eċċezzjoni.
Wara xhur sħaħ ta’ ħidma s-St. Philip’s Fireworks Factory ħolqot xi ħaġa li qatt ma rajna bħala ġewwa pajjiżna sabiex tkun tista’ titgawda waqt is-‘show’ tan-nar tal-ajru ‘Pyro Rhapsody’.
Struttura tal-ħadid forma ta’ ħnejja, 13-il metru għoli u 60 metru tul, li ser jinħaraq in-nar tal-ajru min fuqha, bis-sistema tal-‘FireOne’ lejliet il-festa ta’ San Filep f’17 ta’ Ġunju ġewwa Triq Ġ. Pulliccino mid-21:30 ‘l quddiem, ġewwa Ħaż-Żebbug.