F’Jum il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, il-Gozo Channel se tkun qed tissospendi s-servizz tal-lanċa tagħha bejn 12.00 u 15.00. Is-servizz tal-laneċ se jkun sospiż sabiex l-impjegati tal-Gozo Channel, li se jkunu ta’ xogħol f’dawn il-jumejn, ikunu jistgħu ikla mal-familji tagħhom.
Fiż-żewġ festi, il-vjaġġi ta’ 12.00, 12.30,12.45,13.00,13.30, 14.00, 14.15 u 14.30 mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa u ta’ 12.15, 12.45, 13.15, 13.30, 14.00, 14.15 u 14.30 mhux se joperaw.
Dan ifisser li l-aħħar vjaġġ mill-Imġarr se jkun fil-11.30am, filwaqt li l-aħħar vjaġġ miċ-Ċirkewwa huwa skedat għal nofsinhar. Wara nofsinhar, is-servizz jerġa’ jibda fis-15.00 hrs mill-Imġarr għaċ-Ċirkewwa, filwaqt li l-ewwel vjaġġ miċ-Ċirkewwa għall-Imġarr se jsir fis-15.15 hrs.
Permezz ta’ stqarrija, il-Bord tal-Gozo Channel wera l-apprezzament tiegħu lejn l-impjegati tal-kumpanija li huma obbligati jaħdmu fuq xiftijiet twal u kultant f’kundizzjonijiet tat-temp diffiċli.