Il-Qormi Athletic Club ser jorganizza l-għoxrin edizzjoni tat-10K Qormi Road Race, 2K Fun Run u ser issir ukoll 10K Walk, nhar it-Tlieta, 7 ta’ Ġunju 2016.
Din it-tellieqa ser issir taħt l-awspiċi tal-Malta Amateur Athletic Association, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali Ħal Qormi.
Dan l-appuntament annwali sportiv ġewwa Ħal Qormi se jibda’ fit-tmienja ta’ filgħodu bit-tellieqa tal-għaxar kilometri. It-tellieq titlaq minn quddiem l-Uffiċju tal-Kunsill Lokali.
Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntatjaw lill-Kunsill Lokali fuq 21440101.