Il-Qormi Athletic Club ser jorganizza t-tlieta u għoxrin edizzjoni tat-10K Qormi Road Race, 2K Fun Run u ser issir ukoll 10K Walk, nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Ġunju 2019.
Din it-tellieqa ser issir taħt l-awspiċi tal-Malta Amateur Athletic Association, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi.
Dan l-appuntament annwali sportiv ġewwa Ħal Qormi se jibda fis-7:30am bit-tellieqa tal-għaxar kilometri. It-tellieqa titlaq minn quddiem l-Uffiċju tal-Kunsill Lokali. Warajha ssegwi t-10K Walk li tibda fis-7:45am mill-istess post filwaqt li l-Fun Run tibda fid-9am fejn il-Klabb tal-Boċċi ta’ Qormi San Ġorġ.
Għal aktar informazzjoni tistgħu tikkuntatjaw lill-Kunsill Lokali fuq 21440101 jew tibgħat fuq register@qormiroadrace.org.mt
Parti mill-flus li se jidħlu minn din l-attività se jmorru b’risq il-Fondazzjoni Sebħ.