Bħallum m’hemmx dubju li l-belt Spanjola ta’ Buñol ma jirbħilha ħadd fil-ħmura.
Dan hekk kif llum jaħbat l-aħħar Erbgħa ta’ Awwissu, il-jum li fih ta’ kull sena din il-belt tinbidel f’arena ta’ ġlied bit-tadam.
Mat-22,000 persuna, fosthom 17,000 turist ingħaqdu fil-pjazza ta’ din il-belt fejn kollox beda mat-tokki tal-ħdax ta’ filgħodu, bis-sinjal jingħata minn kanuni tal-ilma.
It-tadam, bi spiża totali ta’ xejn inqas minn €36,000, ġew ittrasportati ġewwa Buñol b’sitt vannijiet kbar imbgħad fi Plaza Layana, bi trakk iżgħar.
Fi kliem is-Sindku tal-belt din is-sena is-sigurta’ ta’ waqt dan il-festival ġiet msaħħa ferm aktar, speċjalment wara l-attakki li seħħew riċentament f’Barċellona u Cambrils. Skwadri tal-pulizija u bollards ġew wżati sabiex tiġi evitata kull possibilta’ ta attakk.
Is-Sindku qal li hemm imħejjija wkoll armata ċkejkna ta’ 80 ruħ biex ma tibqa’ ebda traċċa ta’ tadam mal-belt wara sagħtejn mit-tmiem taċ-ċelebrazzjonijiet.