Il-Kumitat Permanenti tal-Kamra tad-Deputati dwar il-Ħatriet Pubbliċi approva, b’vot unanimu, in-nomina ta’ ambaxxatur residenti u tliet ambaxxaturi mhux residenti, wara li ġew proposti mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela.
Dawn l-ambaxxaturi huma:
1. Carmelo Saliba, Ambaxxatur ta’ Malta, Residenti, għal-Libja
2. Frank Zammit, Ambaxxatur ta’ Malta, mhux Residenti, għas-Santa Sede
3. Frank Galea, Ambaxxatur ta’ Malta, mhux Residenti, għall-Arġentina u ċ-Ċilì
4. Michael Buhagiar, Ambaxxatur ta’ Malta, mhux Residenti, għall-Panama u l-Kolombja
Il-Ministru Carmelo Abela esprima apprezzament u gratitudni għall-ħidma li wettqu dawk li kienu qed jokkupaw dawn il-karigi s’issa.