Il-Kumitat Permanenti dwar il-Ħatriet Pubbliċi approva erba’ nomini, fosthom tlieta ta’ Ambaxxaturi ġodda.
Dawn huma dik ta’ Victor Camilleri għall-ħatra ta’ Ambaxxatur ta’ Malta mhux residenti għall-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO); dik ta’ Paul Mifsud għall-ħatra ta’ Ambaxxatur ta’ Malta mhux residenti għall-Oman u l-Iran; u n-nomina ta’ John Spiteri għall-ħatra ta’ Ambaxxatur ta’ Malta mhux residenti għall-Kroazja u s-Slovenja.
Il-kumitat approva wkoll in-nomina ta’ Joseph Bugeja għall-ħatra ta’ Chairperson ta’ Transport Malta;