Il-Parlament illejla approva l-Abbozz ta’ Liġi li Jimplimenta Miżuri tal-Estimi bi 35 vot favur u 29 vot kontra wara li l-Oppożizzjoni talbet votazzjoni fut it-tielet qari.
L-abbozz, imressaq mill-Ministru għall-Finanzi, tressaq f’Ottubru u ttieħdu 12-il seduta biex ġie diskuss fit-tieni qari u tnejn fil-kumitat.
Il-Kamra approvat ukoll it-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni tal-Inġinerija, imressaq mill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura u l-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar ir-Refuġjati.