Waqt il-Laqgħa tal-Eżekuttiv tal-MFA tal-bieraħ ġie approvat pakkett finanzjarju li ser ikun qed jgħin lill-klabbs Maltin itaffu ftit mill-problemi finanzjajri li sofrew minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Il-pakkett finanzjarju jlaħħaq il-€ 1.4 miljun.
L-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol ser tkun qed tuża € 540,000 mill-FIFA Covid Relief Plan bħala parti minn €1.4 miljun li ġew approvati.
It-timijiet li fl-istaġun li għadda lagħbu fil-Kampjonat Premier ser jieħdu € 15,000 kull wieħed Kull klabb mid-diviżjonijiet inferjuri kif ukoll it-timijiet tan-nies u dawk tal-futsal se jkunu qed jibbenifikaw minn dan l-pakkett.
Dan il-pjan jinkludi dħul ieħor fosthom il-gate money, użu minn plejers żgħażagħ kif ukoll impieg full jew part-tim ta’ amministraturi mal-klabbs. B’kollox dawn jammontaw għal € 430,000.