Il-Kumitat għall-Konsiderazzjoni tal-Abbozzi ta’ Liġi tal-Parlament approva emendi mressqin mill-Ministeru għall-Ġustizzja; emendi maħsubin biex isaħħu l-Abbozz ta’ Liġi li jitratta l-femiċidju fil-Kodiċi Kriminali.
Dan l-abbozz tressaq fil-Parlament mill-Gvern fi Frar li għadda.
L-emendi fl-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Femiċidju huma intiżi biex titneħħa r-referenza għall-ġeneru maskili u sabiex kwalunkwe ġeneru li joqtol jew jagħmel attentat ta’ qtil fuq vittmi nisa jistgħu jinstabu ħatja u jingħataw piena ħarxa jekk jiġi stabbilit li jkun hemm l-elementi tal-femiċidju preżenti.
Il-pass li jmiss hu li dawn l-emendi jgħaddu mill-aħħar vot finali fil-Parlament u jidħlu fis-seħħ.