L-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar il-Professjoni Nutarili u l-Arkivji Nutarili u Liġijiet Varji kien approvat b’mod unanimu fil-Parlament.
L-għan ta’ din il-liġi hu li tinqered id-diskriminazzjoni li teżisti bejn in-nisa u l-irġiel fl-atti pubbliċi, fakkret is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet Ċivili u r-Riformi Rosianne Cutajar.
B’hekk mil-lum ‘il quddiem kull persuna, irrispettivament mis-sess tagħha, se tkun qed tikteb l-istat ċivili tagħha fuq l-atti notarili u għaldaqstant dan mhux biss elimina d-diskriminazzjoni iżda jżid ukoll iċ-ċertezza kemm għan-nutara kif ukoll għar-Reġistru Pubbliku.
Permezz ta’ din il-liġi qed nerġgħu nirrikonoxxu li llum il-ġurnata l-irġiel ukoll jistgħu jibdlu kunjomhom fiż-żwieġ, grazzi għal-liġi taż-żwieġ indaqs u b’hekk qed qed jiġi ffaċilitat ix-xogħol ta’ riċerki f’dan ir-rigward ukoll.