Il-Bord tad-Diretturi tal-PBS approva l-ħatra ta’ John Bundy bħala Kap Eżekuttiv. Charles Dalli se jkun id-deputat Kap Eżekuttiv u t-tnejn li huma se jkunu qed jirrapportaw lill-bord tad-diretturi tal-istazzjon nazzjonali. Il-ħatra kienet ikkonfermata llum f’laqgħa tal-bord li matulha ntqal li l-PBS se jkun qed jadotta strateġija ġdida u se jkun hemm ukoll ristrutturar fit-tmexxija. Bundy, li għandu esperjenza twila fix-xandir u ħadem kważi fuq l-istazzjonijiet kollha, se jkun qiegħed jieħu post Anton Attard.