Illum il-Kabinett approva deċiżjoni biex jingħata bidu għall-proċess Parlamentari biex it-titlu tal-eks pixxina nazzjonali f’Marsaskala jiġi trasferit lill-Marsaskala Aquatic Sports Club.
Ħabbar dan il-Prim Ministru Robert Abela f’kitba fuq il-midja soċjali, fejn spjega li bħal dan iż-żmien sentejn f’kampanja elettorali, kien wiegħed li ż-Żonqor jingħata lura n-nies u bil-fatti dan il-gvern hekk qed jagħmel.
Huwa ddeskriva din id-deċiżjoni bħala waħda li se tħalli effett pożittiv fil-komunità.