Ftit tal-ħin ilu, il-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista approvaw mozzjoni mressqa mill-Eżekuttiv Nazzjonali sabiex jiskatta mekkaniżmu għall-bidla fl-istatut dwar il-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, sabiex min jinħatar f’din il-kariga ma jkunx membru parlamentari u ma jikkontestax l-elezzjoni ġenerali sa sentejn wara li jirriżenja minn din il-kariga.
Bi qbil unanimu, id-delegati tal-Partit Laburista ivvotaw favur din il-mozzjoni.
Il-Konferenza Ġenerali qed isir fit-teatru Rialtò f’Bormla.