Il-Parlament Ewropew approva r-riżoluzzjoni miktuba u nnegozjata mill-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Cyrus Engerer dwar il-ksur tal-liġi Ewropea fl-Ungerija.
Il-vot li għadda b’maġġoranza ta’ disgħa u sittin fil-mija favur, tnejn u għoxrin fil-mija lontra u disgħa fil-mija astensjonijiet kien deskritt bħala wieħed storiku mill-Grupp Progressiv tas-Soċjalista u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew.
Huwa esprima s-sodisfazzjon tiegħu għaliex il-vot kien wieħed b’saħħtu ħafna bl-appoġġ tal-partiti prinċipali kollha. Tenna li n-negozjati ma kinux faċli iżda hu ried li r-riżoluzzjoni tkun waħda b’saħħitha biex tissalvagwardja l-valuri u l-liġijiet Ewropej u fuq kollox iċ-ċittadini LGBTIQ fl-Ungerija.
Dwar il-vot li ttieħed Engerer qal li bħal ma għamel fil-kitba tar-riżoluzzjon, se jkompli jaħdem biex ikompli jressaq l-istejjer tan-nies l-aktar żvantaġġati, fil-Parlament Ewropew bil-għan li jkollna Ewropa li ma tħalli lil ħadd lura.