Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar approva l-iżvilupp ta’ bini ta’ żewġ strutturi u spazju miftuħ flok il-parkeġġ ta’ quddiem dawk li kienu t-Trade Fair Grounds fin-Naxxar.
Sena ilu, il-Bord tal-Ippjanar, ġie ppreżentat bi proġett ieħor fl-istess post però dakinhar il-Bord kien talab lill-iżviluppatur biex jerġa’ jiddisinja l-proġett, b’dak propost issa fisser il-bini ta’ uffiċini, supermarket, gym u żoni oħra rikreattivi bħal spazju miftuħ għall-pubbliku.
Apparti minn hekk se jkun hemm mija u sitta u tletin appartament u u parkeġġ taħt l-art b’mija u tmien garaxxijiet.
Il-Bord ordna lill-iżviluppatur iħallas tliet mija u erbgħa u għoxrin elf ewro u jikkontribwixxi ħamsin elf ewro oħra għall-Fond Artistiku.