L-Awtorita’ tal-Ippjanar approvat xogħlijiet ta’ tisbiħ fil-foss tal-Belt Valletta , xogħlijiet li se jkunu qed jikkumplimentaw il-proġett li se jsebbaħ u jagħti ħajja ġdida lill-pjazza madwar il-Funtana tat-Tritoni fil-Belt Valletta, li tinsab fl-entratura tal-Belt.
Ix-xogħlijiet jinkludu ġnien ġdid flimkien ma numru ta’ pjazzez żgħar flimkien ma’ karreġjata li minna tgħaddi karozza waħda se tkun biswit is-swar li huma parti mill-batterija ta’ Lascaris. B’hekk se tgħaqqad aħjar l-aċċess għall-entratura tal-parkeġġ fil-foss tal-istess forti.
Is-Sovraintendenza tal-Wirt Kulturali qablet li dan il-proġett jikkonsisti f’bilanċ xieraq bejn spazju ambjentali kif ukoll żona fejn il-pubbliku jista’ japprezza l-fortifikazzjonijiet tal-Belt Valletta.