Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea waslu għal-qbil dwar il-fruntiera tal-Unjoni Ewropea.
Dan iwitti t-triq għal aġenzija aktar b’saħħitha li mistennija tibda topera matul dan is-Sajf.
Il-European Border and Coast Guard se tkun aġenzija rinfurzata ibażata fuq il-mudell tal-FRONTEX. L-Istati Membri se jkomplu jżommu l-kompetenza tagħhom u sovranità fuq il-fruntieri tagħhom. Iżda l-European Border and Coast Guard se jipprovdi għajnuna lill-Istati Membri kollha biex ikunu jistgħu jidentifikaw u jintervjenu immedjatament u mhux meta jkun tard wisq.
Il-President tal -Kummissjoni Jean Claude Juncker qal: “il-ftehim dwar il-ħolqien ta’ European Border and Coast Guard turi li l-Ewropa hija kapaċi taġixxi malajr biex tindirizza sfidi komuni.”
Din il-proposta, se tkun qed tgħin biex tiġi indirizzata b’mod effettiv l-problema tal-immigrazzjoni kif ukoll tiżdied is-sigurta’ tal- Unjoni Ewropea.