Malta se tieħu iżjed minn €31 miljun għas-setturi tas-sajd u l-akwakultura hekk kif il-Kummissjoni Ewropea approvat il-programm ta’ pajjiżna tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akwakultura.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għall-Ekonomija, Fondi Ewropej u l-Artijiet u s-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej.
B’dawn il-fondi, Malta se timplementa azzjonijiet li jindirizzaw it-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-ambjent.
Permezz ta’ dan il-programm se jingħata professjonali lis-sajjieda, u għandha jsir riċerka u kampanja biex jiġi mħares il-biodiversità.
B’investiment ta’ €5 miljun ewro se jitwettaq investiment li se jtejjeb il-faċilità li fiha jħottu u jirreġistraw is-sajda tagħhom is-sajda. B’dan il-programm se jinħarġu skemi għas-sajjieda biex jinvestu fid-dgħajsa tagħhom u jixtru apparat ġdid.
ONE News tkellem mas-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi Ewropew, Chris Bonett laqa’ l-approvazzjoni ta’ programm operattiv ieħor mill-Kummissjoni Ewropea li se jgħin lil Malta tinvesti aktar fis-sajjieda.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru responsabbli mill-Fondi Ewropej, Silvio Schembri qal li dawn huma fondi għal settur importanti fl-ekonomija ta’ pajjiżna.