Il-Kummissjoni tal-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar tat permess biex isir żvilupp fl-ispazju miftuħ quddiem il-Knisja Parrokjali ta’ San Ġwann.
Dan se jinbidel għal faċilità għall-komunità kollha, li se tinkludi uffiċji ġodda għall-kunsill lokali, tibdil fil-ġnien pubbliku li hemm bħalissa, sala b’diversi użi, spazju fejn it-tfal jistgħu jilgħabu, il-bini ta’ klabb tal-boċċi ġdid b’faċilitajiet miegħu, latrini ġodda, u riżerva tal-ilma. Se jkunu nstallati wkoll strutturi li jagħmlu l-kenn mix-xemx u jservu wkoll bħala pannelli solari, fl-ispazji miftuħa kollha.