L-Awtorità tal-Ippjanar approvat l-iżvilupp ta’ pompa tal-petrol fit-triq ewlenija ta’ Burmarrad f’San Pawl il-Baħar. Fi stqarrija ġie spjegat li l-pompa se tiġi żviluppata fuq art ta’ 3,000 metru kwadru f’għalqa abbandunata.
Ġiet approvata ukoll applikazzjoni għal skavar ta’ mina taħt l-art u tibdiliet oħra fuq il-lido tal-lukanda San Antonio fil-Qawra. Il-proġett se jinkludi bosta faċilitajiet u se jsir biswit il-bajja pubblika.
Il-proġett jinkludi taraġ pubbliku u żewġ lifts biex tittejjeb l-aċċessibilità tal-lido u l-bajja pubblika.