Il-Kummissjoni tal-Ippjanar tat permess biex isiru żewġ proġetti fil-lokalita’ ta’ Ħal Qormi; ir-restawr tal-loġġa ta’ Pinto fi Pjazza Narbona u ieħor ta’ tisbieħ fi Pjazza tal-Knisja ż-żghira ta’ San Bastjan.
Il-Loġġa ta’ Pinto tinsab biswit il-Knisja ta’ San Bastjan u kellha bżonn restawr immedjat. Inbniet oriġinrajment fl-1772 biex tfakkar il-31 sena minn meta Manuel Pinto de Fonseca sar Granmastru tal-Ordni. Din il-loġġa kienet tappartjeni għal dar akbar li kienet tinkludi wkoll l-istalel tal-Gran Mastru nnifsu. Il-kumpless kien ġie żviluppat bħala post għall-akkomodazzjoni soċjali fl-1981. Il-Leġġenda tgħid li l-gran Mastru kien ipoġġi f’din il-loġġa biex jistkenn mix-xemx waqt li jsewgi t-tlielaq taż-żwiemel.
Ix-xoghol se jkun jinkludi tindif tal-gebla Maltija, it-tnehhija tal-haxix selvagg li jikber u l-bdil ta’ gebel li kien qed jiddeterjora.
It-tisbih tal-Pjazza tal-Knisja ż-żghira ta’ San Bastjan fl-istess lokalità se jkollu pavimentar ġdid. Se jsir ukoll xogħol fuq iz-zuntier tal-Knisja l-Qadima ddedikata lil San Bastjan li se jkun jinkludi wkoll rampa għall-aċċessibilita’ fil-kappella li llum qed tintuza bħala mużew tal-Knisja. Flok il-kappella ż-żgħira, kienet inbniet kappella akbar fl-1880 li tissemma mill-Isqof Dusina fil-viżta li għamel f’pajjiżna fit-2 ta’ Frar tal-1575. Iż-żewg proġetti qed isiru mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi.