L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini rrakkomandat l-approvazzjoni tar-raba’ vaċċin kontra l-Coronavirus sabiex jintuża fl-istati membri tal-Unjoni Ewropea.
Dan il-vaċċin huwa dak tal-Johnson & Johnson u se jibda jingħata f’doża waħda.
L-aġenzija tal-Unjoni Ewropea approvat l-użu ta’ din it-tilqima għal dawk li għandhom iżjed minn 18-il sena.
Dan il-vaċċin se jingħaqad mat-tliet vaċċini oħra li ġew approvati qabel mill-istess aġenzija, dawk tal-BioNTech u Pfizer, Moderna u AstraZeneca.
Malta mistennija tirċievi 250,000 doża mill-kumpanija Johnson & Johnson.