Ir-regolaturi Amerikani approvaw formalment il-vaċċin tal-kumpanija Johnson and Johnsn kontra l-COVID-19 li qed jiġi mmanifatturat mill-kumpanija Belġjana Janssen. Il-vaċċin ta’ doża waħda huwa t-tielet wieħed approvat fl-Istati Uniti.
Il-kumpanija se tipprovdi 100 miljun doża lill-Istati Uniti sal-aħħar ta’ Ġunju, bl-ewwel dożi se jkunu disponibbli mill-ġimgħa d-dieħla.