Il-proġett tal-Pjazza Antoine De Paule f’Raħal Ġdid ingħata spinta hekk kif aktar kmieni llum l-Awtorià tal-Ippjanar approvat l-applikazzjoni għax-xogħolijiet u l-interventi meħtieġa.
B’reazzjoni għal dan, iċ-Ċermen tal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta, Silvio Parnis b’sodisfazzjon tenna li dan il-proġett jiġbor fih l-interess komuni tal-Kunsill Lokali, ir-Residenti, l-Komunità Kummerċjali, u dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-lokalità ta’ Raħal Ġdid.
Fost oħrajn, il-proġett iżid b’mod sostanzjali ż-żoni pedonali fil-pjazza waqt li jnaqqas iċ-ċirkolazzjoni tat-traffiku. B’hekk flimkien mal-għeluq tal-power station tal-Marsa, u l-impjant il-ġdid f’Delimara li jaħdem bil-gass, dan il-proġett se jikkontribwixxi għal kwalità tal-arja aħjar fin-nofsinhar ta’ Malta.