L-Awtoritá tal-Ippjanar approvat unaniment il-proġett tal-Junction tal-Marsa. Proġett li se jkun qed ifisser kontinwitá fil-ħidma tal-Gvern biex tiġi indirizatta l-problema tat-traffiku f’pajjiżna.
Filfatt dan il-proġett se jkun qed itejjeb l-aċċessibiltá f’waħda mill-iktar rottot użati ta’ kuljum. Dan il-proġett se jsir fuq mhedda ta’ sentejn u nofs.
Il-pubbliku se jkun jista’ juża’ toroq alternattivi sakemm ikunu qed isiru dawn ix-xogħlijiet filwaqt li se tkun qed titnieda kampanja ta’ informazzjoni dwar ir-rottot li se jkunu jistgħu jużaw is-sewwieqa.
Il-junction se tkun tikkonsisti fi tliet ponti li jistgħu jgħaddu minnhom in-nies flimkien ma’ pajsagg taħt l-art. F’dan il-proġett se jkun qed isir ukoll Park & Ride b’ 290 parkeġġ.