L-Awtorità tal-Ippjanar apporovat il-proġett li se jsebbaħ u jagħti ħajja ħdida lill-pjazza madwar il-Funtana tat-Tritoni fil-Belt Valletta, li tinsab fl-entratura tal-Belt.
Il-proġett se jinkludi aċċess pedonali għall-pjazza kollha u se jkunu imħaddma aħjar l-għadd kbir ta’ servizzi li bħalissa qed jingħataw miż-żona.
Il-funtana nfisha se tkun restawrata. Il-proġett se jerġa’ joħloq rotot ta’ kif jgħaddi t-traffiku, billi jinħolqu żewġ toroq ġodda.
Barra minn hekk, il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permess għall-alterazzjoni interna u esterna tal-post magħruf qabel bħala s-Suq tal-Belt Valletta.