L-Awtorità tal-ippjanar approvat il-permess għall-iżvilupp mill-ġdid ta’ dik li kienet il-lukanda Fortina f’Tas-Sliema.
L-awtorità qalet li l-proġett ser jara l-kumpless eżistenti jinbidel b’mod li jsebbaħ l-inħawi ta’ Tigne. Dan l-iżvilupp se joħloq ’il fuq minn elfejn u ħames mitt metru kwadru ta’ art li mhux se tiġi żviluppata waqt li l-ġonna eżistenti tal-lukanda se jinbidlu f’żona li se tgħaqqad ix-xatt ta’ tigne ma’ Triq Ċensu Xerri.
Il-proġett li se jsir flok il-lukanda li diġà twaqqgħet se jara wkoll il-binja ta’ binja ta’ appartamenti residenzjali u post kummerċjali. Il-proġett jaħseb ukoll għal parkeġġ taħt l-art ta’ erba’ mitt karozza.
L-iżviluppatur intalab iħallas ukoll kumpens ta’ kważi sitt mitt elf ewro li se jintużaw biex jiġu żviluppati proġetti oħrajn għall-benefiċċju tal-lokalità Tas-Sliema.
Dan filwaqt li l-applikant irid iħallas ukoll ħamsin elf ewro bħala kontribuzzjoni għall-fond artistiku.