L-Awtorità tal-Ippjanar approvat proġett ta’ titjib u tisbiħ fix-xatt ta’ Wied il-Buni, f’Birżebbuġa bħala parti mill-masterplan ta’ din il-lokalità.
Il-proġett tal-Gvern fi Triq San Patrizju ma jinkludiex biss tisbiħ tul ix-xatt iżda wkoll iżjed faċilitajiet pubbliċi, kostruzzjoni ta’ ġiebja, titjib fis-sistema tal-ilma u rijorganizzazzjoni tax-xelters tat-trasport pubbliku.
Dan il-proġett huwa stmat li se jiswa madwar tliet miljun u nofs ewro u x-xogħlijiet mistennija jibdew is-sena d-dieħla u jitlestew lejn l-aħħar tas-sena 2024.
Fi stqarrija l-Ministeru għat-Turiżmu qal li dan l-investiment jikkumplimenta proġetti oħra tal-Gvern f’Birżebbuġa, fosthom biex jagħti lura l-ispazji pubbliċi liċ-ċittadin Maltin, filwaqt illi jtejjeb il-prodott turistiku u l-kwalità tal-ħajja Maltija.
Fost il-proġetti li tħabbru qabel hemm l-park ta’ Bengħajsa u l-bini ta’ parkeġġ ġdid.
Aqra wkoll: