L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permess biex ikun jista’ jibda x-xogħol ta’ ristrutturar u restawr fl-Isptar San Luqa. Dan bħala parti mill-proġett ta’ mitejn miljun ewro li l-privat se jkun qed jagħmel fil-qasam tas-saħħa f’pajjiżna b’kollaborazzjoni mal-gvern.
Kienet il-Kummissjoni għall-Ippjanar fi ħdan l-Awtorità li iktar kmieni llum ħarġet dan il-permess biex issa tal-Vitals Health Care ikunu jistgħu jissoktaw bix-xogħol tagħhom. Dan biex tingħata l-ħajja lill-pjan maħsub biex jibdel il-qasam tas-saħħa f’pajjiżna u jiġbed lejn Malta turiżmu mediku.
Iktar dettalji fil-ġin li ġej.