L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-pjanijiet sabiex fabbrika antika tal-konkrit f’Ta’ Qali tinbidel f’Park Nazzjonali ġdid li se jkun jista’ jitgawda minn kulħadd. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, il-Ministru Ian Borg innota dan l-iżvilupp pożittiv u qal li huwa impenjat li jwassal dan il-proġett għand in-nies.
Aktar tard, fi stqarrija, l-Awtorità tal-Ippjanar qalet li dan il-park se jkun jista’ jintuża wkoll għal avvenimenti mużikali li jistgħu jilqgħu sa sbatax-il elf persuna kif ukoll żona kbira għall-picnics li tista’ titgawda minn kulħadd.
Dan il-park se jsir fuq medda ta’ erba’ mija u ħamsin elf metru kwadru u se jkunu investiti għoxrin miljun ewro f’dan l-ewwel park nazzjonali tax-xorta tiegħu.
Nista’ nħabbar li għadu kemm ħareġ il-permess għall-Malta National Park 🌳🇲🇹
Grazzi lit-tim kollu tiegħi. Kommess li nwassal għand in-nies dan il-proġett importanti ✅
Posted by Ian Borg on Thursday, 25 March 2021