Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar ħareġ il-permess biex tinbena boutique hotel ta’ ħames stilel fuq l-art fejn qabel kien hemm id-diskoteka tat-Tattingers u bini ieħor fit-Telgħa tas-Saqajja.
Il-permess ingħata bil-kundizzjoni li jsiru studji arkeoloġiċi u ġeoloġiċi wara t-twaqqigħ u qabel ma jsiru xogħlijiet ta’ skavar.
Fid-deċiżjoni tiegħu, il-bord ikkunsidra r-reperkussjonijiet li jista’ jkun hemm fuq il-fdalijiet arkeoloġiċi, bil-Bord impona li ssir garanzija bankarja ta’ €50,000.
Dan sabiex ikun assigurat li ma jkunx hemm skavar qabel ikunu lesti l-istudji neċessarji.
Il-Bord ordna wkoll li l-istudji jkunu approvati mis-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali.
Il-lukanda proposta se tkun tikkonsisti f’81 kamra, ħames sulari, ristorant, żewġ pixxini fuq il-bejt fost oħrajn, kif ukoll żewġ mini pedonali minn taħt it-triq li jingħaqdu u jestendu t-triq tat-Telgħa tas-Saqqajja.
Se jkun assigurat li tinżamm distanza ta’ tliet metri fl-entratura u l-ispazji miftuħa li hemm fil-viċinanzi