L-Awtoritá tal-ippjanar approvat il-permess biex il-Berġa tal-Italja (Augerge d’Italie) tibda tintuża bħala l-Mużew Nazzjonali tal-Arti, li se jkun magħruf bħala MUŻA.
Għal 42 sena l-Mużew Nazzjonali tal-Arti opera mid-Dar tal-Ammiraljat, kif inhi magħrufa l-binja, minħabba l-użu tagħha bħala r-residenza uffiċjali tal-Ammiraljat Ingliż fil-Mediterran fil-perjodu tal-kolonjaliżmu Ingliż.
Il-Mużew tal-Arti l-ġdid se jerġa’ jiftaħ il-bibien tiegħu għall-pubbliku fl-2018 meta l-Belt Valletta tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura.
Fil-Berġa tal-Italja li kienet qed tintuża mill-Awtoritá għat-turiżmu, se tkun qed titħejja sabiex il-kollezzjoni tal-arti tkun tista’ tiġi trasferita fil-binja l-ġdida. Se tkun qed tiġi żvillupata kafetterija fi ħdan il-berġa filwaqt li se ssir l-installazzjoni ta’ panelli fotovoltajiċi.