Is-sibt saret il-Laqgħa Ġenerali Straordinarja ta’ Floriana FC fejn unanimament ġie approvat il-ftehim bejn il-klabb Furjaniż u l-konsorzju Taljan MIG dwar il-kummerċjalizazzjoni tal-Arena tal-Indipendenza.
Din l-approvazzjoni tfisser li Floriana FC huwa l-uniku klub Malti li ser iressaq dan il-proġett għall-approvazzjoni tal-gvern wara li ftit tax-xhur ilu daħlet il-liġi tal-kummerċjalizazzjoni tal-artijiet li bla dubju tgħin lil kwalunkwe klabb jew assoċjazzjoni sportiva tkun sostenibli mingħajr għajnuna ta’ individwi.