Fis-sessjoni ta’ Gvern li jisma’, l-Ministru Michael Farrugia ħabbar li żewġ banek internazzjonali se jkunu qed joffru l-finanzjament għall-proġett ta’ housing soċjali li jiswa €58 miljun, liema finanzjament ġie approvat. Il-Ministru spjega li dan il-proġett se jibda fil-jiem li ġejjin.
F’din is-sessjoni ġie sjegat ukoll li għaddejjin diskussjijiet ma’ żewġ banek lokali biex tinħoloq skema li se tkun qed toffri għajnuna lil dawk il-persuni li qegħdin fil-lista tal-housing biex jingħataw loan biex ikunu jistgħu jixtru post. Dan ifisser li b’din l-iskema ma jħallsux l-10% li wieħed jintalab iħallas biex jingħata loan.